70 persuna jitilfu ħajjithom fil-Bangladesh – One News

Notifiki

70 persuna jitilfu ħajjithom fil-Bangladesh

Minn tal-anqas 70 persuna tilfu ħajjithom f’nirien li ħakmu l-inħawi storiċi ta’ Dhaka, il-Belt Kapitali tal-Bangladesh.

Hu mifhum li n-nirien ħadu tard l-Erbgħa filgħaxija, u nfirxu b’ritmu mgħaġġel ma’ diversi binjiet fl-inħawi.

Rapporti fil-midja internazzjonali qed jgħidu li fost il-vittmi hemm grupp nisa li kienu qed jippreparaw għal tieġ.

Minn investigazzjonijiet preliminari li saru kollox jindika li n-nirien bdew minn fabbrika tal-kimiċi f’inħawi ta’ toroq dojoq ferm u binjiet residenzjali ta’ diversi sulari.

Minn tal-anqas tliet binjiet inqerdu għal kollox kawża ta’ dawn in-nirien.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend