L-ewwel xahar tas-sena kompla fuq ix-xejriet ‘l isfel fl-għadd ta’ persuni jirreġistraw għax-xogħol.
Ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li f’Jannar, l-għadd ta’ persuni jirreġistraw għax-xogħol naqsu b’aktar minn 10% biex sal-aħħar tax-xahar li għadda kien hemm ftit anqas minn 1,800 persuna fuq il-kotba tal-qgħad, jiġiferi 204 persuni anqas minn Jannar tal-2018.
L-NSO żied jgħid li l-persuni jirreġistraw għax-xogħol naqsu fil-kategorija kollha. L-akbar tnaqqis kien irreġistrat fost il-persni li kienu ilhom aktar minn sena jfittxu impjieg.
Iċ-ċifri tal-NSO juru wkoll li tnaqqis ta’ tmienja u sittin ruħ fl-għadd ta’ persuni b’diżabilità jirreġistraw għax-xogħol biex issa niżlu għal 216.