Qattus li għaxar snin ilu ħarab mill-familja li kienet trabbih instab u se jiġi rritornat lura.
Il-qattus bl-isem ta’ Peanut kien għeb ġimgħa wara li s-sidien tiegħu kienu marru joqgħodu f’dar ġdida f’Norfolk fir-Renju Unit.
Minkejja li kien iċċipjat, baqa’ qatt ma nstab, u s-sidien tiegħu kienu qatgħu qalbhom li qatt jerġgħu jarawh.
Iżda l-ġimgħa l-oħra, il-familja ġiet kkuntatjata minn għaqda tal-qtates abbandunati fejn qalulhom li Peanut kien inġieb għandhom.
Sidt il-qattus Julie Terry qalet kif kienet baqgħet b’ħalqha miftuħ li wara dan iż-żmien kollu il-qattus nstab. Kienet sorpriża wkoll li wara għaxar snin il-qattus baqa’ jidher l-istess.
Ħareġ li wara l-qattus telaq mid-dar tas-sidien tiegħu, baqa’ jgħix fit-triq, iżda għamel ħbieb ma raġel anzjan f’Norfolk li kien itih x’jiekol u x’jixrob. Meta dan xjaħ, bint l-anzjan ħadet lil Peanut sal-għaqda tal-qtates abbandunati fejn eventwalment instabu s-sidien oriġinali tiegħu.