Skont ġurnal fi Franza il-qattus tal-istilista famuż Karl Lagerfeld li miet ilbieraħ jista jiret €172 miljun. Dan hekk kif irraporta li Lagerfeld kien niżżel lill-qattus fil-wirt.
Il-qattus Chiupette li hu famuż kważi daqs Lagerfeld innifsu għandu profil fuq Instagram fejn hemm mal-120,000 segwaċi.
Minn intervista li kien ta Lagerfeld, kien qal li kieku jista’ kien jiżżewweġ lil qattus daqs kemm kien iħobbu.
Kif jgħid il-Malti, kulħadd b’xortih fid-dinja!