Missier irnexxielu jiltaqa’ ma’ bintu li twieldet biss tliet sigħat qabel ma’ hu miet.
Brett Kinloch ta’ 31 sena miet kawża ta’ tumur tal-moħħ fil-11 ta’ Frar, iżda mhux qabel ma’ martu ġriet lejn l-isptar fejn kien rikoverat f’Milton Keynes fir-Renju Unit sabiex ittih iċ-ċans li għal ftit ħin iħaddan lil bintu.
Il-mara Nicola ħarġet minn sptar ieħor kważi 20 mil ‘il bogħod, inqas minn siegħa wara li welldet sabiex tkun tista’ tpoġġi lit-tarbija Ariya f’dirgħajn missierha.
Hija qalet li ma kien hemm l-ebda dubju li żewġha kien qed jistenna li titwieled bintu qabel ma jmut.
Nicola faħħret lill-qbiela li assistewha waqt u wara t-twelid. Qalet li kieku mhux għalihom żewġha ma’ kienx ikollu l-opportunità li jiltaqa’ ma bintu.