Raġel Grieg intbagħat 13-il sena ħabs wara li ammetta li pprova jimporta d-droga kokaina.
Fis-sentenza tagħha l-Qorti sabitu ħati wkoll li organizza l-importazzjoni tad-droga, u eventwalment b’pussess ta’ droga.
Waqt is-smigħ tal-każ ħareġ li d-droga kellha piż ta’ 3.2 kilo u purita’ ta’ 55%. Xenofon Florakos wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.
Dwar is-sentenza mogħtija, dik ta’ 13-il sena u 6 xhur ħabs, kien hemm qbil dwarha bejn il-prosekuzzjoni u d-difiża.
Il-partijiet qablu wkoll li għandha titħallas multa ta’ €30,000.
Il-Qorti laqgħet dan il-ftehim, wara li nnutat li r-raġel wieġeb ħati fi stadju bikri u anke li ma kellux passat kriminali. L-assi kollha tal-akkużat ġew iffiriżati.