Rotot ġodda ta' billejl minn Malta Public Transport | One News

Notifiki

Rotot ġodda ta’ billejl minn Malta Public Transport

Malta Public Transport introduċiet erba’ rotot ġodda biex tipprovdi servizz bejn aktardestinazzjonijiet matul il-lejl. Ir-rotot eżistenti ġew ukoll riveduti sabiex joffru aktar konvenjenza lill-passiġġieri. Dan ħabbritu permezz ta’ stqarrija.

Is-servizz aġġornat beda fi Frar 2019 u l-vjaġġi ġodda qed iservu aħjar iż-żoni tan-nofsinhar u ċ-ċentru ta’ Malta, filwaqt li rotot oħra se jiġu assorbiti minn sistema aktar effiċjenti.

Is-servizz ġdid fir-Rotot ta’ Billejl se jkun hekk:

N11 rat żieda fil-frekwenza għal kull 30 minuta u topera minn San Ġiljan saċ-Ċirkewwa il-Ġimgħa u s-Sibt billejl;

N13 ser tkompli topera mill-Belt għal San Ġiljan kull lejl;

N40 hija rotta ġdida, li topera minn San Ġiljan sal-Mosta, u tgħaddi minn San Ġwann u n-Naxxar il-Ġimgħa u s-Sibt billejl kull 30 minuta;

N50 hija rotta ġdida, li topera minn San Ġiljan sar-Rabat, u tgħaddi minn Birkirkara u Ħ’Attard il-Ġimgħa u s-Sibt billejl kull 30 minuta;

N71 hija rotta ġdida, li topera minn San Ġiljan sal-Imqabba, u tgħaddi minn Ħal Luqa, ż-Żurrieq, u l-Qrendi il-Ġimgħa u s-Sibt billejl kull 30 minuta;

N91 ser tkompli topera minn San Ġiljan sa Marsaskala (ċirkolari) il-Ġimgħa u s-Sibt billejl;

N209 hija rotta ġdida, li topera minn San Ġiljan sa Ħaż-Żebbuġ, u tgħaddi mill-Ħamrun, Ħal Qormi, u s-Siġġiewi l-Ġimgħa u s-Sibt billejl kull 30 minuta; u

N212 hija rotta ġdida li ser topera kull lejl minn Tas-Sliema għal Buġibba kull 30 minuta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend