ARA: L-Ekonomija b’saħħitha fattur għall-investiment mill-HSBC – One News

Notifiki

ARA: L-Ekonomija b’saħħitha fattur għall-investiment mill-HSBC

Il-bank Hsbc ħabbar li s-sena li għaddiet għamel qligħ qabel it-taxxa ta’ sitta u tletin miljun u ħames mitt elf ewro.

F’konferenza tal-aħbarijiet li matulha ġew ippreżentati r-riżultati, il-Kap Eżekuttiv tal-Bank Andrew Beane qal li minkejja t-tnaqqis fil-profitti, jinsab sodisfatt bil-progress li għamel il-bank f’diversi oqsma.

Is-Sur Beane qal li l-ekonomija lokali qed tkompli taħdem b’mod b’saħħtu. Qal li matul dis-sena, l-bank qed jiffoka mill-ġdid in-negozju tiegħu li għandu jwassal għal tkabbir meqjus..

“What’s important though that growth remains balanced and broad based that it is sustainable for the long term and that’s why our results this year we’ve announced reduction in our profitability as we’ve invested more in new compliance systems for example to make sure that HSBC can help facilitate long term growth in the local economy.”

Huwa żied jgħid li l-bank qed iħares lejn innovazzjonijiet diġitali filwaqt li jassiguraw benefiċċju għall-klijenti tal-bank.

Is-Sur Beane ħabbar li l-bank qed jirrakkomanda divedend finali gross ta’ 1.8 ċenteżmu għal kull sehem li jirriżulta f’divident għal sena sħiħa ta’ 5.8 ċenteżmi għal kull sehem.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend