L-Awtorità Bankarja Ewropea tinvestiga l-Estonja u d-Danimarka dwar ħasil tal-flus – One News

Notifiki

L-Awtorità Bankarja Ewropea tinvestiga l-Estonja u d-Danimarka dwar ħasil tal-flus

L-Awtorità Bankarja Ewropea fetħet investigazzjoni formali fil-konfront tal-awtoritajiet tal-Estonja u tad-Danimarka dwar attivitajiet ta’ ħasil ta’ flus marbuta mal-iskandlu tad-Danske Bank.

Fi stqarrija, l-Awtorità Bankarja tal-UE ħabbret li fetħet investigazzjoni fil-konfront tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji tal-Estonja u tad-Danimarka b’rabta ma’ attivitajiet ta’ ħasil ta’ flus marbuta mad-Danske Bank u l-fergħa li tiegħu fl-Estonja. Danske Bank huwa involut fi skadlu ta’ ħasil ta’ flus li jlaħħaq il-€200 biljun ewro li għaddew mill-fergħa żgħira tal-bank fl-Estonja minn klijenti rreġistrati u inkorporati f’pajjiżi fosthom ir-Russja u r-Renju Unit bejn l-2007 u l-2015.

L-investigazzjonjiet bdiet wara ittra mibgħuta mill-Kummissjoni Ewropea li sejħet lill-Awtorità Bankarja Ewropea biex tuża l-poteri tagħha biex teżamina jekk kienx hemm nuqqas mill-awtoritajiet kompetenti fl-Estonja u fid-Danimarka li jkunu konformi mal-obbligazzjonijiet tagħhom taħt il-liġi Ewropea.

L-Awtorità Bankarja Ewropea bdiet bl-investigazzjonjiet formali tagħha wara li wettqet investigazzjonijiet preliminari fuq l-operat taż-żewġ awtoritajiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend