Jonqos l-Oscars – One News

Notifiki

Jonqos l-Oscars

L-istaġun tal-unuri fil-films jilħaq il-quċċata nhar il-Ħadd 24 ta’ Frar bil-91 ċeremonja tal-Oscars. Imma x’tip ta’ ċeremonja sejra tkun?

Din is-sena qed narha li hemm xi ħaġa mhux tiffunzjona. Ġeneralment, it-tħejjija għall-Oscars tibda billi titħabbar il-persuna li tmexxi s-serata. It-tħabbira saret, Ġie magħżul l-attur Kevin Hart. Sa ftit sigħat wara, nqalgħu l-bibien tal-infern għal xi kummenti li darba kien għadda fuq il-komunità gay. Kevin Hart iddeċieda li jirrifjuta l-offerta. Imbagħad sar tenttaiv sabiex jagħmel apoloġija pubblika u jerġgħu joffrulu l-opportunità. L-apoloġija ma għamilhix u Kevin Hart stqarr li mhux ser jaċċetta l-offerta jekk terġa ssirlu.

Tfaċċa Dwayne Johnson li wkoll qal li offrewlu l-parti biex imexxi s-serata. Anzi, Dwayne Jpohnson qal li l-offerta saritlu qabel dik li saret lil Kevin Hart. Qatt ma kien hemm konferma uffiċċjali mill-organiżżaturi. Onestament, ma nistax nimmaġina lil Dwayne Johnson ikun hu li jmexxi s-serata tal-Oscars.

Kumbinazzjoni, kien tletin sena ilu eżatt li l-Oscars ma kellhomx persuna li tmexxi s-serata. Fl-1989, kien falliment kolossali. Din is-sena?

Din is-sena, ċerta Oscars mhux ser jidhru qed jingħataw waqt is-serata ‘live’ televiżiva. Oscars bħal dawk għall-aħjar ċinematografija, film editing u makeup ser jingħataw waqt li jkunu għaddejjin ir-reklami. Jiġifieri mhux l-Oscars kollha huma ndaqs? Jiġifieri li tiffilmja l-film u li wara teditjah, mhux importanti aktar?

Għall-bidu, kien hemm id-deċiżjoni li tnejn mill-ħames kanzunetti nnominati kienu ser jiġu interpritati live. Din id-deċiżjoni ġabet reazzjoni negattiva kbira. Kellhom jirtirawha.

Eżattament x’inhu jiġri wara l-kwinti? U dan kollu qed iseħħ meta l-udjenza televiżiva ġewwa l-Istati Uniti għall-Oscars qegħda tonqos!!

Ta’ QabelLi Jmiss
Mario Azzopardi għandu passjoni kbira għall-films. Ilu jipproduċi programmi għar-radju u t-televiżjoni dwar il-films mill-1981 u ilu jikteb fil-ġurnali tal-Union Press dwar il-films mill-1990. Ġie mistieden tliet darbiet għaċ-ċeremonja tal-Oscars minbarra stediniet oħra għall-European Film Awards u għall-festivals ewlenin ta’ Cannes, Berlin u Venezja. Kellu karriera twila ta’ għalliem. Kien Kap tal-Programmi Edukattivi fuq it-televiżjoni u r-radju nazzjonali. Aktar tard inħatar Direttur għat-Tagħlim Tul il-Ħajja li matul dan il-perjodu kien responsabbli għad-dħul tal-ischolarships għall-Masters u d-dottorat u għall-firxa akbar tal-korsijiet għall-adulti. Illum Direttur għall-Kultura. Fl-2013 inħatar Chairman għall-Bord tal-Klassfikazzjoni tal-Films.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend