BIL-FILMAT: Jattakkaw lil min ifaħħar lil Malta – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Jattakkaw lil min ifaħħar lil Malta

Deputati tal-Partit Nazzjonalista nfexxew jattakkaw lil min ifaħħar lil Malta.

Filwaqt li l-membri parlamentari Ewropew Nazzjonalisti jinsabu mhedija jattakkaw lil Malta fi Brussell u Strasburgu, sħabhom f’Malta marru l-Parlament jattakkaw lill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għax qed jagħtu l-aqwa marka lil Malta.

Min qal li dawn ma jiswew xejn u min qal li dawn ifaħħru lil Malta għax imħallsa.

Spikka fost oħrajn id-Deputat Edwin Vassallo li għamel siegħa sħiħa jikkritika l-ekonomija Maltija.

“Nafu li għandna ekonomija li qed tikber iżda mhix sostenibbli.”

Miegħu kompla l-whip tal-grupp parlamentari Nazzjonalista, Robert Cutajar.

“Il-credit ratings ilbieraħ reġgħu tawna l-A u l-A+. Ma jiswa xejn. Inkunu qed nidħku bin-nies.”

Id-deputat Jason Azzopardi kien diġà kiteb li l-credit ratings ifaħħruna għax jitħallsu.

U fuq l-istess linja tkellem Edwin Vassallo.

“L-aġenziji li jħallas il-gvern biex jiġu jagħtuna ratings. Mhux billi tħallas il-flus lil min jiġi jagħtik ċertifikat ta’ kemm l-ekonomija sejra tajba u daqshekk.”

L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu huma punt ta’ referenza għall-investituri madwar id-dinja meta jkunu qed ifittxu fejn imorru bl-operat tagħhom. Huma mibnija fuq esperti indipendenti u ma jiddejqu xejn ikunu iebsin inkluż ma’ pajjiżi kbar. Mill-bidla fil-Gvern ir-rapporti dwar pajjiżna tjiebu għal darba wara l-oħra. Xi ħaġa li mhux tinżel tajjeb mal-esponenti tal-Partit Nazzjonalista.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Send this to a friend