ARA: Inizjattiva favur l-għaqdiet volontarji fl-MCAST – One News

Notifiki

ARA: Inizjattiva favur l-għaqdiet volontarji fl-MCAST

Grazzi għat-tnedija tal-fergħa tiegħu tar-responsabbilta soċjali korporattiva, il-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija se jkun qed joffri l-possibilta li organizzazzjonijiet volontarji jkollhom post fiżiku.

Game Malta hija fil-fatt l-ewwel organizzazzjoni li qed tibbenefika minn din l-inizjattiva. Organizzazzjoni li rat is-sħubija ta’ Move u Game bil-għan li ż-żgħażagħ jingħataw l-opportunita biex ikomplu jimirħu bl-isports, il-kultura u l-arti.

Cynthia Debono, il-President ta’ Move, qalet li l-organizzazzjoni Maltija ilha taħdem mal-Mcast għal tliet snin.

“U maż-żmien ħassejna l-bżonn li jkun hawn xi tip ta’ preżenza fiżika biex anke l-istudent jagħmel xi tip ta’ konnotazzjoni mal-post u jibni l-ambjent tiegħu ukoll. Iltqajna mal-partners tagħna li huma organizzazzjoni Daniża bl-isem Game, li more or less dawn jaħdmu fuq l-istess bażi ta’ proġett tagħna.”

Il-post li se jkunu qed jużaw Game huwa fil-fatt kontejner li jinsab fil-Youth Hub tal-Mcast. Installazzjoni li ġiet modifikata biex jiġi użat bħala ispirazzjoni.

“U hawnhekk hopefully ħa jkun hub għall-esperimentazzjoni, you can call it a lab, fejn kulħadd jista jiġi u dak li joħlom bażikament ħa ntuh l-għodda biex ikun jista jagħmilha u finalment iħeġġeġ iktar studenti ikunu attivi.”

Fost l-istudenti li huma involuti f’Move, u issa jinsab involut ukoll f’Game, hemm Jesmar Frendo. Ma’ One News huwa tkellem dwar il-benefiċċji li x-xogħol volontarju jtik.

“Jagħtini l-valuri kif ukoll dawk l-iskills li ma titgħallimhomx fuq il-bank tal-iskola iżda titgħallimhom bl-esperjenza x’ħin inti qiegħed preżenti mal-komunita, fil-komunita tara l-behaviours, communication differenti, interactions differenti.”

Sostna li l-esperjenza tiegħu fil-volontarjat għenitu jkun dak li hu llum il-ġurnata, u ma naqasx milli jappella lill-istudenti sabiex ma joqgħodux lura milli jinvolvu ruħhom fil-volontarjat.

“Milli ħa jagħtu huma ħa jagħtu l-ħin imma dak li ħa jieħdu ħa jgħinhom tul ħajjithom kollha – grazzi għal volontarjat li mingħajru qatt ma kont noħlom li nista nagħmel dax-xogħol tant siewi għal komunità.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend