Il-PN tilef għax ma baqax kredibbli u issa sejjer mill-ħażin għall-agħar – One News

Notifiki

Il-PN tilef għax ma baqax kredibbli u issa sejjer mill-ħażin għall-agħar

Il-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni tal-2013 għax ippreżenta pjan b’saħħtu għat-tmexxija tal-pajjiż u kien għalhekk ukoll li kien ikkonfermat fl-2017 b’maġġoranza storika. Din hi xi ħaġa li għadha ma tistax tinżel lill-esponenti tal-Partit Nazzjonalista li sal-lum għadhom qed jipprovaw jirkbu fuq il-gideb bil-għan li jipprovaw isibu xi skuża għaliex il-poplu warrabhom mit-tmexxija tal-pajjiż b’saħħa liema bħalha. Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija.

Dak li qed jgħid il-Partit Nazzjonalista llum diġa’ kien miċħud għal iktar minn darba u m’hemm xejn li jista’ juri l-kuntrarju.

Minflok jheda fl-ispin u l-iskużi jkun aħjar jekk il-Partit Nazzjonalista jifhem li tilef l-elezzjoni għax ma baqax kredibbli u mexxa ħażin lil dan il-pajjiż li l-Maltin tant iħobbu.

Jekk mhux se jifhem dan u jibqa’ jdaħħal rasu fir-ramel, se jmur mill-ħażin għall-agħar. Kif ilu jagħmel sa minn meta nħatar Adrian Delia, Kap li miegħu ma tafx fejn qed għax ibiddel il-verżjoni kull 10 minuti temm jgħid il-Partit Laburista fl-istqarrija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend