Il-Pakistan se jirritalja jekk l-Indja tieħu azzjoni militari – One News

Notifiki

Il-Pakistan se jirritalja jekk l-Indja tieħu azzjoni militari

Il-prim Ministru tal-Pakistan, Imran Khan qal li pajjiżu ser jirritalja jekk l-Indja tieħu azzjoni militari kontrihom wara l-attakk suwiċida tal-ġimgħa li għaddiet fuq il-forzi Indjani.

Huwa appella wkoll lill-Indja biex tipprovdi evidenza sabiex tappoġġja d-dikjarazzjonijiet li saru li l-Pakistan kien involut.

Aktar minn 40 membru tal-forzi tas-sigurtà tal-Indja mietu fl-attakk li seħħ il-Ħamis li għadda.

Kien grupp militanti bbażat fil-pakistan, Jaish-e-Mohammad li ddikjara li kien il-moħħ wara dan l-attakk.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend