Il-Gvern jiskatta l-proċess biex isir studju dwar Għawdex mill-Kummissjoni Ewropea – One News

Notifiki

Il-Gvern jiskatta l-proċess biex isir studju dwar Għawdex mill-Kummissjoni Ewropea

Il-Gvern Malti skatta l-proċess biex isir studju soċjali u ekonomiku dwar Għawdex mill-Kummissjoni Ewropea.

Fi stqarrija l-Gvern spjega li dan sar skont id-dikjarazzjoni 36 tat-trattat li jgħaqqad lil Malta mal-Unjoni Ewropea, li jagħti l-faċilità lill-Gvern biex lejn it-tmiem ta’ kull baġit Ewropew, il-Kummissjoni tagħmel dan l-istudju biex tara x’inhuma l-bżonnijiet li l-gżira Għawdxija jkollha fil-buġet Ewropew li jmiss, jiġifieri dak li jkopri l-perjodu ta’ bejn l-2021 u l-2027.

B’rabta ma’ din id-dikjarazzjoni u b’rabta mal-proposta li ressaq il-Partit Nazzjonalista dwar Għawdex aktar kmieni llum, is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia qal fil-Parlament li b’dak li qed tissuġġerixxi l-Oppożizzjoni, Għawdex ma jkunx jista’ japplika għall-fondi Ewropej, għaliex jikkwalifika biss għal fondi strutturali.

Żied jgħid li ħafna mid-drabi, pajjiżna japplika għal fondi Ewropej billi jgħaqqad il-popolazzjoni taż-żewġ Gżejjer f’daqqa. Dan ifisser li bil-proposta tal-Partit Nazzjonalista, Malta wkoll tispiċċa titlef fondi Ewropej kruċjali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend