Ċempel lil martu mill-ħabs u talabha taħfirlu lejlet ix-xhieda tagħha fil-qorti | One News

Notifiki

Ċempel lil martu mill-ħabs u talabha taħfirlu lejlet ix-xhieda tagħha fil-qorti

Libjan li jinsab fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin wieġeb mhux ħati li ta fastidju lill-ex mara tiegħu mill-ħabs stess. Hu jinsab akkużat ukoll li stupra lil martu.

L-akkużat tressaq il-qorti akkużat li kiser il-kundizzjonijiet imposti mill-qorti stess billi dejjaq u ffastidja lil martu billi ċemplilha mill-ħabs u talabha taħfirlu lejlet li kellha tixhed fil-qorti.

L-ispettur John Spiteri qal li r-raġel ċempel bosta drabi u saħansitra bagħat anke diversi ittri lill-mara.

L-Avukat Victor Bugeja, deher bħala Avukat tal-Għajnuna Legali għar-raġel, u wieġeb li dan mhux ħati.

Peress li r-raġel diġà qed il-ħabs, ma ntalbitx il-libertà proviżorja.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend