Aktar minn 174,243 għamlu użu mis-servizzi tal-e-Government – One News

Notifiki

Aktar minn 174,243 għamlu użu mis-servizzi tal-e-Government

Fl-2018 l-ammont ta’ individiwi ta’ bejn is-16 u l-74 sena li użaw l-internet laħaq it-306,692 persuna. Dan ifisser 81.4 fil-mija tal-popolazzjoni totali ta’ pajjiżna.

Dan ħareġ minn statistika tal-NSO fejn irriżulta li 174, 243 persuna minnhom għamlu użu mis-servizzi ta’ e-Government li jirrappreżentaw total ta’ 56.8 fil-mija tal-popolazzjoni kollha li użat l-internet.

279,305 persuna użaw l-internet minn fuq l-ismart phone tagħhom filwaqt li  176,324 individwu użaw informazzjoni teknoloġika fuq xogħol, bl-aktar popolari jkun l-użu tal-e-mails.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend