BIL-FILMAT: Żewġ tfajliet l-isptar wara li nqalbu b’vettura – One News

BIL-FILMAT: Żewġ tfajliet l-isptar wara li nqalbu b’vettura

Żewġ tfajliet ittieħdu l-isptar għall-kura wara li nqalbu bil-vettura li kienu fiha fil-Isla. Waħda minn nisa kellha tinħareġ minn ġol-vettura minn membri tal-Protezzjoni Ċivili minħabba li saqajha inqabdet taħt parti l-istess vettura.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1pm.

Passiġġiera oħra li kienet mat-tfajla ġarrbet ukoll xi ġrieħi f’idha.

Fuq il-post issejħet ambulanza b’tim mediku sabiex tassisti lill-vittmi u ħadithom l-isptar Mater Dei għall-kura.

Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa pero minn informazzjoni li ksibna minn fuq il-post tal-inċident jidher li waħda minn nisa ġarrbet xi ksur f’saqajha.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend