Anthony Said ta’ 44 sena mill-Fontana Għawdex inżamm arrestat wara li ammetta li biegħ drogi ħdejn skola fir-Rabat Għawdex.
Huwa kien akkużat li fit-18 ta’ Jannar u fis-snin ta’ qabel, kien fil-pussess aggravat ta’ droga kokaina u eroina, bil-pussess tad-droga kannabis, bi traffikar ta’ droga f’distanza ta’ inqas minn 100 metru ta’ skola, gym u klabb tal-futbol u li kien riċediv.
Huwa wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu, bil-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud tikkundannah sentejn ħabs. L-imputat ġie mmultat ukoll €3,000.