L-MFSA bi twissija dwar żewġ entitajiet mhux awtorizzati li jipprovdu servizzi finanzjarji | One News

Notifiki

L-MFSA bi twissija dwar żewġ entitajiet mhux awtorizzati li jipprovdu servizzi finanzjarji

L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) qed tavża lill-pubbliku dwar entitajiet li joperaw bl-isem ta’ Terabanq u BlackStreamMarkets. Għalkemm dawn l-entitajiet jindikaw li qed joperaw minn pajjiżna, l-MFSA temmen li dan mhux il-każ. Minn informazzjoni disponibbli għand l-MFSA, Terabanq u BlackStreamMarkets jiddefinixxu lilhom nfushom bħala provdituri tas-servizzi bankarji u servizzi finanzjarji rispettivament.

L-MFSA avżat lill-pubbliku f’Malta u barra minn Malta li dawn l-entitajiet m’humiex liċenzjati u lanqas awtorizzati b’xi mod ieħor mill-MFSA biex jipprovdu xi servizzi bankarji jew servizzi
finanzjarji oħra li għalihom hi meħtieġa liċenzja jew awtorizzazzjoni taħt il-liġi Maltija. Informazzjoni disponibbli għand l-MFSA tindika li dawn huma aktarx skemi ta’ natura dubjuża b’riskju għoli ta’ telf ta’ flus.

Għaldaqstant, konsumaturi tas-servizzi finanzjarji m’għandhomx jidħlu f’negozju jew tranżazzjonijiet mal-entitajiet msemmija. L-MFSA appellat lill-investituri u konsumaturi tas-servizzi finanzjarji biex qabel ma jagħmlu kwanlunkwe investiment jew jidħlu f’ebda transazzjoni ta’ servizzi finanzjarji jaċċertaw lilhom infushom li l-entità, li magħha qed isir l-investiment jew it-transazzjoni, hija awtorizzata li tipprovdi dawk is-servizzi mill-MFSA jew minn xi regolatur ieħor tas-servizzi finanzjarji kif applikabbli.

Lista ta’ entitajiet liċenzjati hija disponibbli mingħand l-MFSA u tista’ tiġi aċċessata minn fuq is-sit uffiċjali tal-MFSA: http://www.mfsa.com.mt/pages/licenceholders.aspx.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend