It-toroq f’San Pawl il-Baħar riflessjoni tat-tħarbit fi ħdan il-PN – One News

Notifiki

It-toroq f’San Pawl il-Baħar riflessjoni tat-tħarbit fi ħdan il-PN

“Imfarrkin ġbin, għadni ġej minn hawn isfel issa ġej minn naħa t’hawnekk it-toroq kull ħofra daqshiex il-karozza kont se nkissirha, jiġifieri dan kont qed inħallas il-liċenzja u insurance jien uwx.”  “Hopeless uwx, ħafna bankini mkissrin.” “Żibel hi, hawnekk għandna l-kunsill hawn taparsi u ħadd ma jagħmel xejn. Mhux ħofor, barrieri għandna hawnekk. Barrieri u żibel u imbarazz” “Imħaffrin kollha, ilma ħiereġ minnhom.”

Kif jixhdu r-residenti ta’ San Pawl l-Baħar u l-madwar, it-toroq f’din iż-żona tant popolari mal-Maltin u t-turisti jinsabu f’qagħda mwiergħa.

Dawn it-toroq spiċċaw f’dan l-istat ta’ miżerja sforz l-argumenti u battibekki kbar li ħakmu l-kunsillieri Nazzjonalisti ta’ dan il-Kunsill. Kawża ta’ dawn l-argumenti, it-tmexxija tal-Kunsill mmexxi minn Anne Fenech kienet aktar medhija  tiġġieled ma’ sħabha milli tippjana u tfassal proġetti infrastrutturali ġodda u ta’ tisbiħ.

Dan jistgħu jikkonfermawh ukoll ir-residenti li għandhom tant għal qalbhom lil din il-lokalità.

“Il-kunsill qegħdin igerfxu lil xulxin. Fl-istess partit qegħdin jagħtu l-gambetti lil xulxin. Ma nistgħux naslu hekk uwx. Anzi għandhom jingħaqdu l-kunsilliera kollha mhux tal-istess partit qegħdin jagħtu. – pero għandha t-tfixkil minn ġewwa, ħadd ma jgħinha.”

Sa mill-bidu tal-leġislatura, dan il-Kunsill beda jħabbat wiċċu ma’ diversi argumenti bejn il-Kunsilliera Nazzjonalisti.

Wara li s-sena l-oħra kien hemm żewġ riżenji ta’ Kunsillieri Nazzjonalisti, Graziella Galea li dakinhar kienet sindku kellha tirreżenja hekk kif sħabha ressqu mozzjoni ta’ sfiduċja kontriha.

Dakinhar, kunsilliera Nazzjonalisti li tkellmu ma’ ONE News saħqu li l-inkwiet intern li qasam lill-Partit  Nazzjonalista kien ġie rifless ukoll fuq il-friegħi lokali tal-istess Partit.

Madankollu, sena wara, dan il-kunsill xorta għadu ma jistax isib kaptu tas-sitwazzjoni hekk kif l-inkwiet intern tal-kunsilliera Nazzjonalisti kompla jippersisti u dejjem baqa’ jgħolli rasu.

Tant hu hekk, li l-ewwel laqgħa tall-Kunsill għal din is-sena kellha tiġi xolta. Dan seħħ wara li waħda mill-kunsillieri Nazzjonalisti, Antoinette Bezzina telqet mil-laqgħa wara li żviluppa argument mas-sindku b’rabta ma’ kantun li xtaqet li jitneħħa minn nofs.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend