Island Economy | One News

Notifiki

Island Economy

Verament ħadt gost bl-aħbar li ta l-Prim Ministru li l-ekonomija ta’ Għawdex bħala regjun kibret aktar minn dik ta’ Malta, li diġa’ hija fost l-aqwa fl-Ewropa. Nieħu gost doppju.  L-ewwel għall-Għawdxin stess, u t-tieni għax tfisser li meta jkollok gvern moħħu hemm, suċċess jista’ jkollok.   Ngħidha ċar u tond li jien qatt ma kelli dubji li Joseph Muscat ikun suċċess.  Min jitrabba qrib il-ħidma tar-raba’, ma jistax ma jkollux riġlejh fl-art! Mhux teoriji, imma twettiq.

Naħseb hemm Għawdxin li jiftakru bhali, għalkemm jien ma twelidtx Għawdex,  fejn il-ġuvintur kienu jsiefru bi ħgarhom għax ma kienx hemm xogħol,  u kien hemm żbilanċ kbir bejn xebbiet u ġuvintur fil-gżira. Ma kienitx sitwazzjoni b’saħħitha.

Niftakar ukoll li kien hemm żminijiet meta l-Għawdxin kien jagħmlu minn kollox ħalli jkollhom impjieg, u jagħmlu s-sagrifiċċji kollha meta jsibu wieħed,  anke f’Malta.

Niftakar ukoll meta Giovanna Debono kienet twebblet li tipprova tiġġieled ħalli Għawdex jitqies bħala reġjun fil-bżonn.

Issa meta nisma’ b’aħbar bħal din, ma nistax ma niftakarx li hemm problema għal Għawdex għax gżira kien u gzira għadu.  Biżżejjed wieħed jara l-vjaġġi ta’ travi tal-konkrit bil-vapur lejn Ghawdex, ħalli jinduna xi jfisser dak ix-xiber baħar.  U anke fit-turiżmu, li meta jasal turist l-ajruport,  mhux la kemm ikun wasal Għawdex,  bis-seħer tiegħu.

Jien kelli xamma sew li Għawdex ġej ‘il quddiem. Mhux la kemm taħseb li tidħol f’ristorant u se ssib mejda. U kont innutajt ukoll kemm turisti Ingliżi kienu jinxteħtu jieklu fil-każin tal-banda u l-każin tal-futbol ta’ Għajnsielem.   U f’każin taż-Żebbuġ dejjem fgat bin-nies għall-pizza.

Jien dejjem għamilt riklam lill-Għawdxin speċjalment fil-prodotti tal-ikel tagħhom. Min imur Għawdex m’għandux jinsa li jġorr miegħu prodott tal-ikel maħdum Għawdex. U l-prodotti mhux ġbejniet biss, għalkemm forsi ssib bħalhom biss f’Sardinja.

Dan li qed ngħid kemm sejrin sewwa, wettqu wkoll Silvio Berlusconi.  Kien fi programm ma’ Barbara d’Urso, u qal li s-Sardinja sebgħa mitt darba aktar minn Malta, filwaqt li Malta għandha persentaġġ kbir ta’ turisti mqabbel ma’ dak ta’ Sardinja,  u għandna pajjiż mhux biss sabiħ imma li għandu nbejjed u ikel tajjeb.

Niftakar ukoll fir-rakkonti ta’ Anton Buttigieg.  Fuq id-dgħajjes tal-latini li kienu jġorru l-prodotti għall-bejgħ f’Malta. U l-problemi meta kien ikun il-maltemp.

Veru li l-Labour jieħu ħsieb iż-żgħir.  U Għawdex huwa ż-żghir.

 

 

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss
Gradwat tal-Universita` ta’ Malta fil-ligi fl-1970 meta beda jaħdem ta’ avukat. Gradwat ukoll fil-Letteratura Ingliża, Latin u Filosofija mill-Universita` ta’ Londra. Aktar tard gradwat fl-Ekonomija mill-Universita ta’ Londra. Tela’ l-ewwel darba fil-Parlament 1971, u l-aħħar darba fis-sena 2003. Huwa serva ta' Ministru bejn l-1979 u 1981. Okkupa l-kariga ta' Deputy Leader tliet darbiet, meta kien hemm fit-tmexxija Duminu Mintoff, Karmenu Mifsud Bonnici u Alfred Sant. Għamel 17-il sena jattendi l-Kunsill tal-Ewropa, u kiteb rapport magħruf internazzjonalment bħala The Brincat Report, rapport li wassal għall-konvenzjoni internazzjonali fuq id-drittijiet tal-minoranzi. Illum jaħdem ta’ avukat.

Send this to a friend