Donazzjoni ta' siġġijiet tar-roti u frott lill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex | One News

Notifiki

Donazzjoni ta’ siġġijiet tar-roti u frott lill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex

L-Ahmadiyya Muslim Jammat Malta ppreżentat għotja ta’ sitt siġġijiet tar-roti u 100 ħamper tal-frott lir-residenti tar-residenza Sant’ Anna fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Din kienet ippreżentata lil Kap Eżekuttiv tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex Joseph Fenech mill-President tal-Ahmadiyya Muslim Jammat Malta l-Imam Laiq Ahmed Atif.

L-imam spjega kif il-kommunità Islamika Ahmadiyya tgħin lil dawk fil-bżonn. Huwa saħaq li din id-donazzjoni hija sinjal tal-impenn li l-kommunità għanda mal-iżjed membri anzjani fis-soċjetà.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend