Busuttil jgħid li Metsola u Casa “l-veru patrijotti” – One News

Notifiki

Busuttil jgħid li Metsola u Casa “l-veru patrijotti”

L-eks Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, iddeskriva lill-Membri tal-Parlament Ewropew tal-Partit Nazzjonalista bħala l-vera patrijotti.
Dan f’aġġornament parlamentari fejn qal li hu irid li tgħaddi riżoluzzjoni li saret minn delegazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-saltna tad-dritt f’pajjiżna. Din hi riżoluzzjoni ta’ delegazzjoni li l-MEP Roberta Metsola kienet parti minnha.

Riżoluzzjoni li tikktritika lill-pajjiżna b’mod inġust u li kienet instigata mill-istess MEPs tal-Partit Nazzjonalista u alleati tagħhom. Ftit tal-jiem wara li Roberta Metsola ma vvotatx dwar is-sitwazzjoni fil-Polonja, Simon Busuttil tkellem fil-Parlament Malti dwar kemm is-sitwazzjoni hi ħażina fil-Polonja. Iżda, fl-istess ħin faħħar lil Metsola li filwaqt li ħalliet lill-Polonja tgħaddiha lixxa tkellmet kontra pajjiżna proprju fl-istess laqgħa fejn ittieħed il-vot. Iżda, Busuttil ma kellux biss kliem ta’ tifħir għal Metsola. Faħħar ukoll lil David Casa u lil Francis Zammit Dimech MEPs oħra tal-Partit Nazzjonalista li fl-aħħar jiem tkellmu kontra pajjiżna f’sessjonijiet differenti tal-Parlament Ewropew. Saħansitra Casa bena argumenti fuq il-gideb f’kumitat dwar it-taxxa. Suġġett li għal snin twal ġab kunsens bejn iż-żewġ partiti ewlenin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend