Berlusconi kontrina u jqabbel ma’ Malta – One News

Notifiki

Berlusconi kontrina u jqabbel ma’ Malta

L-ex Prim Ministru Taljan u kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Silvio Berlusconi qabbel il-wasliet tat-turisti f’Sardegna ma’ dawk f’Malta u qal li kieku l-gżira Taljana għandha t-tmexxija li għandha Malta llum, l-ammont ta’ turisti jkunu ħafna u ħafna iktar minn kemm qegħdin iżuruha llum.

Berlusconi li se jikkontesta l-elezzjonijiet Ewropej ma’ Forza Italia li bħal Partit Nazzjonalista huwa msieħeb fil-Partit Popolari Ewropew qal dan f’intervista li kellu l-Ħadd fuq Canale 5.

Waqt li sostna li se jkun ta’ spalla għall-Gvern ġdid ta’ Sardegna, qal li s-settur turistiku għal din il-gżira huwa importanti ħafna. Qal li kull sena jżuru din il-gżira total ta’ tliet miljun u mitt elf turist li aktar minn nofshom huma Taljani. Madankollu nnota li ras għal ras ma jqattgħux aktar minn 4.6 iljieli b’total ta’ ftit aktar minn erbatax-il miljun u mitejn elf preżena.

Kien hawn li Berlusconi għamel paragun ma’ pajjiżna u nnota li minkejja ċ-ċokon ta’ Malta, fi kliemu sebgħin darba iżgħar minn Sardegna, l-għadd ta’ turisti u l-medja ta’ ljieli li qattgħu f’Malta kienu jisbqu sew dawk f’Sardegna.

“Bene sai quanto assommano le presenze dei turisti nell isola di Malta che e’ 70 volto più’ piccola della Sardegna ed è imparagonabile con la Sardegna per la bellezza dell’ambiente e per la gastronomia… quanto? – 15 milione e cinquecentomila,” huwa qal.

Berlusconi li passat kien kritiku tal-Gvern Malti fuq talba tal-Partit Nazzjonalista mmexxi mill-eks Kap Simon Busuttil tant li kien lest li j, iddikjara li kieku Sardegna għandha l-Gvern li għandha Malta llum, it-turisti f’Sardegna jkunu ħafna u ħafna iktar u fi kliemu dan ifisser ħafna iktar postijeit tax-xogħol u livell ta’ għajxien aħjar.

“Quidi la Sardegna che è 70 volto più’ grande di Malta potrebbe avere se fosso governata come e’ governata oggi Malta molti ma molti più turisti e molti turisti in più’ significano posti di lavoro in più’ significa benessere in più, ” qal Berlusconi.

Skont ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, matul is-sena li għaddiet waslu f’Malta rekord ta’ żewġ miljun u sitt mitt elf turist bil-viżjoni tal-Prim Ministru Joseph Muscat hi li pajjżna jmur għal żieda fit-turisti ta’ kwalità li jfisser aktar investiment fl-infrastruttura u fiż-żoni turistiċi madwar il-pajjiż.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend