Aktar oqsma ta’ esperjenzi għall-istudenti – One News

Notifiki

Aktar oqsma ta’ esperjenzi għall-istudenti

Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri ħabbar li minn dis-sena l-programm tal-MITA li joffri esperjenza prattika ta’ xogħol lill-istudenti f’bosta entitajiet governattivi u fis-settur privat se jinfirex ukoll fl-oqsma tal-gaming u tas-servizzi finanzjarji.

Waqt it-tnedija tal-ħdax-il edizzjoni tal-programm, is-Segretarju Parlament qal li l-istudenti li jkunu interessati li jaħdmu fis-sajf se jiksbu esperjenza bi ħlas f’dawn l-oqsma mal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji u l-Awtorità Maltija għal-Logħob li d-diskussjonjiet magħhom jinsabu fi stadju avvanzat.

“Filfatt minn din is-sena se naraw li l-istess programm se jkun qed jiġi replikat fis-settur tas-servizzi finanzjarji kif ukoll fis-settur tal-gaming.hemmhekk qed nagħtu opportunitajiet lil mijiet kbar ta’  studenti li qed jistudjaw f’din l-industrija ikollhom esperjenza anke wkoll fis-sajf,”  huwa saħaq.

Schembri spjega kif l-aħħar programmi kienu suċċess iżda qal li għandu sforz nazzjonali biex tittejjeb ir-rata baxxa ta’ 20% ta’ parteċipazzjoni tan-nisa fl-oqsma tat-teknoloġija tal-informazzjoni.

Ic-Chairman Eżekuttiv tal-MITA, Tony Sultana qal li f’dawn l-aħħar 5 snin, il-MITA flimkien ma’ min iħaddem offrew mal-1,600 post. Qal li din is-sena, il-MITA se tinvesti madwar €600,000 għall-pagi tal-istudenti.

“Kuntenti ħafna li għall-11-il sena qed nerġgħu nniedu dan il-programm. Programm li tista’ tgħid japplikaw madwar 450 u 500 ruħ għalih. Is-sena l-oħra daħlu 377 student fejn juri dejjem l-interess tal-istudenti. Studenti li jiġu mill-università, mill-mcast u anke mis-sixth form,” sostna s-Sur Sultana.

Is-Sur Sultana qal li matul l-aħħar għaxar snin żdiedu l-postijiet fis-settur privat tant li s-sena li għaddiet offrew tliet mija sebgħa u sebgħin post, jiġifieri żieda ta’ tnax fil-mija.

Daniel Cauchi, wieħed mill-istudenti li ħa sehem fil-programm tkellem dwar il-benefiċċji ta’ esperjenza fuq il-post tax-xogħol tul l-istudji.

“L-istudent placement program hu benefiċċjarju għall-istudenti fil-qasam tal-ict biex kemm iħammġu idejhom fl-industrija u kemm jitgħallmu skills bħal presentation skills u anke kif tikkomunika f’tim, għax int mhux se taħdem waħdek iżda se tkun f’tim,” qal Daniel.

Spjega kif kienet  esperjenza pożittiva ferm fejn permezz tax-xogħlijiet li ngħata ffamiljarizza ruħu mat-teknoloġija Blockchain.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend