Taljana ta’ 40 sena li toqgħod l-Imsida qed issofri minn ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku.
Il-każ seħħ fil-5.15pm tas-Sibt fi Triq id-Dejma fiż-Żejtun.
Irriżulta li kien hemm ħabta bejn vettura tat-tip Nissan March misjuqa minn mara ta’ 30 sena miż-Żejtun u mutur tat-tip Peugeot Tweet misjuq mill-vittma.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-Taljana l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn iktar tard ġiet iċċertifikata li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.