Mill-inqas 9 persuni mietu wara li nirien ħarqu binja fil-parti kostali tal-belt ta’ Chittagong.
Il-Pulizija u l-membri tat-tifi tan-nar qalu li iktar minn 50 persuna sfaw midruba.
L-uffiċjali tat-tifi tan-nar qed jinvestigaw il-possibilità ta’ ħsara fis-sistema tal-elettriku li kkawżat dawn in-nirien.
Huma damu madwar 5 sigħat biex żammew in-nar taħt kontroll.