Pilota u passiġġier ta’ dixxendenza Maltija tilfu ħajjithom wara li ġġarraf l-ajruplan li kienu fuqu fl-Amerika.
Il-vittmi ġew identifikati bħala Carmel ‘Charles’ Azzopardi ta’ ħamsa u sebgħin sena, u Paula Azzopardi ta’ disgħa u erbgħin sena.
Il-każ seħħ fiż-żona magħrufa bħala ‘Roberts’ f’Texas.
L-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan il-każ qed jitmexxew mill-Amministrazzjoni Federali tal-Avjazzjoni.