Senglea Athletic isellmu l-memorja ta’ Benny Casha qabel logħba futbol – One News

Notifiki

Senglea Athletic isellmu l-memorja ta’ Benny Casha qabel logħba futbol

It-tim tal-futbol Senglea Athletic F.C sellem il-memorja ta’ Benny Casha li ftit tal-jiem ilu tilef ħajtu fl-età ta’ 48 sena.

It-tim sellmu l-memorja ta’ Casha, il-Viċi President ta’ Senglea Athletic, qabel logħoba futbol mal-Belt.

Casha kien involut fil-klabb tal-Premier League Senglea Athletic għal bosta snin u kien qiegħed fil-kariga ta’ Viċi-President.

Bħala turija ta’ rispett, it-tim żammew banner bil-messaġġ “Grazzi Benny.”

Casha nstab mejjet fil-ħanut tal-ikel li kien jopera fil-Kalkara. hu ngħata l-aħħar tislima llum fejn mijiet ta’ persuni ħonqu Kolleġjata Bażilika ta’ Marija Bambina fl-Isla.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend