L-interess għall-passat jiġġenera l-eluf ta’ ewro fl-industrija tal-festini tal-mużika b’temi tal-passat – One News

Notifiki

L-interess għall-passat jiġġenera l-eluf ta’ ewro fl-industrija tal-festini tal-mużika b’temi tal-passat

Il-bniedem, di natura, huwa affaxxinat bil-passat. Sew jekk storja ta’ pajjiżu, għajdut ta’ dati, jew xi rakkont tal-qraba li jieħu lil dak li jkun lura fiż-żmien.

Dan l-interess għall-passat jiġġenera eluf ta’ ewro fl-industrija tal-festini tal-mużika b’temi tal-passat.

Skont is-Soċjologa Maria Brown, it-tendenzi li nigglorifikaw il-passat huma parti mill-istint tagħna.

Brown qalet “Għaliex meta wieħed imur lura l-passat jifhem aktar l-għeruq tiegħu. U dawn ituna sens ta’ identità. Waqt li qed nigglorifikaw din is-sens ta’ identità qed nigglorifikaw lilna nfusna, jiġifieri hija boost għas-self esteem, biex ngħiduha f’terminoloġija user friendly.”

Din it-teorija soċjoloġika timmanifesta ruħha fil-mod kif ċertu festini jew attivitajiet soċjali b’temi tal-passat jirnexxielhom ibigħu il-biljetti f’temp ta’ sigħat.

Qalet li “Jekk jiena 20 sena wara għandi ċans, tieqa żgħira li għal ftit żmien nidħol f’dik l-era nerġa, se jkolli inċentiv biex dik il-ħaġa nerġa’ ngawdiha.”

Dr Brown qalet li l-imħabba speċjali għall-passat timmanifesta ruħha wkoll fil-mod kif aħna nżommu r-ritratti, fil-monumenti li nagħmlu madwar pajjiżna, u anke l-famuża ten year challenge li kellna ftit ilu.

Brown qalet li “Peress li l-passat itina sens ta’ identità u sens ta’ tifsira, diffiċli ma jkollniex avvenimenti jew tradizzjonijiet li ma jorbtuniex mal-passat.”

Tijorija soċjoloġika li żgur se tinżel tajjeb mal-organizzaturi tal-festini tal-mużika ta’ xi deċenju fil-passat!

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend