Ħames persuni nqatlu u oħrajn indarbu wara sparatura f’park industrijali f’Illinois fl-Istati Uniti.
L-aggressur nqatel mill-Pulizija fejn ħames uffiċjali ndarbu b’tiri.
L-isparatura seħħet f’kumpanija tal-manifattura, f’Aurora, ftit ‘il bogħod minn Chicago.
Qed jingħad li l-aggressur hu Gary Martin ta’ 45 sena, impjegat tal-kumpanija li tkeċċa ftit qabel ma seħħ l-attakk.