Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump mistenni jiddikkjara emerġenza nazzjonali biex jiffinanzja l-ħajt tal-fruntiera mal-Messiku.
Il-mossa kontroversjali se tkun qed tippermetti lil Trump li jinjora lill-kungress li rrifjuta li japprova l-flus meħtieġa.
Id-Demokratiċi akkużaw lil Trump b’abbuż rampanti tal-poter.
ll-bini tal-ħajt fuq il-fruntiera bejn il-Messiku u l-Istati Uniti kienet waħda mill-wegħdiet elettorali ewlenin ta’ Trump.