Sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ il-Ħamis fi triq Testaferrata, l-Imsida.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 11.40pm meta minn investigazzjonijiet tal-pulizija rriżulta li kien hemm impatt bejn vettura tat-tip Chevrolet Kalos, misjuqa minn raġel ta’ 46 sena minn Ta’ Xbiex u mutur misjuq minn raġel Kroat ta’50 sena li joqgħod in-Naxxar.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn iżjed tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.