Statistiċi li ħarġu wrew li l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea għandhom l-għola rata ta’ żwiġijiet.
Informazzjoni skont il-Eurostat turi li l-Litwanja kellha l-aktar żwiġijiet għal kull 1,000 persuna b’7.5%. Ir-Rumanija ġiet kklassifikata fit-tieni post b’7.3%.
Il-pajjiż bl-inqas żwiġijiet kienet is-Slovenja bi 3.1%. Malta kklassifikat fil-5 post b’6.3% ta’ żwiġijiet bejn il-koppji Maltin.
Wara segwew l-Italja, il-Lussemburgu, il-Portungall, Franza, Spanja, l-Olanda u l-Belġju.
Ir-rati taż-żwiġijiet fl-Unjoni Ewropea qed jonqsu. Ir-rati tad-divorzju qed jirduppjaw.
Il-Eurostat qalet li d-divorzju żdied minħabba li bosta pajjiżi llegalizzawh.
Il-Eurostat kompliet billi qalet li: “Iż-żwieġ huwa kkunsidrat bħala formazzjoni ta’ familja”.