L-investiment dirett barranin żdied b'€1.9 biljun | One News

Notifiki

L-investiment dirett barranin żdied b’€1.9 biljun

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li sal-aħħar ta’ Ġunju tal-2018, l-investiment dirett barrani f’Malta kien ta’ €176.5 biljun.


Iċ-ċifri tal-NSO juru li bejn Jannar u Ġunju tas-sena li għaddiet, l-investiment dirett barrani żdied b’elf u disa’ mitt miljun ewro. Dan kien ekwilaventi għal żieda ta’ €448.6 miljun meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2017.

L-Uffiċċju tal-istatistika żied jgħid li l-kumpanija li joperaw fl-oqsma tas-servizzi finanzjarji u tal-assikurazzjoni kienu responsabbli ta’ aktar minn 84% tal-investiment.

L-istatistika tal-NSO turi wkoll li matul l-istess perjodu, l-investiment dirett barranin ta’ Maltin barra minn xtutna kien jammonta għal wieħed u sittin punt ħamsa biljun ewro, jiġifieri żieda €3.1 biljun.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend