Il-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma ħabbret li kellha twaqqaf l-operat tagħha fl-impjant t’Għawdex, wara li ntrama skart illegali t’annimali. Skart bħal dan jimblokka l-inġenji tal-impjant u jikkawża diversi ħsarat li jnaddaf id-dranaġġ.
Is-sitwazzjoni hija mistennija li tmur lura għan-normal il-Ġimgħa filgħodu, waqt li l-korporazzjoni qed tiġbor l-informazzjoni kollha sabiex tgħaddiha lill-pulizija.