Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jserraħ ras il-benefiċjarji | One News

Notifiki

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jserraħ ras il-benefiċjarji

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jixtieq iserraħ ras il-benefiċjari li nhar is-Sibt 16 ta’ Frar 2019 imisshom jirċievu pagamenti ta’ benefiċċji li normalment jidħlu f’kontijiet bankarji tal-Bank of
Valletta, li dawn il-pagamenti se jsiru normali bħas-soltu.


Dawn il-benefiċjarji għalhekk se jsibu dawn il-pagamenti fil-kontijiet rispettivi tagħhom fl-istess bank bħalma jiġri dejjem.

Id-Dipartiment jixtieq jirringrazzja lill-uffiċjali tal-Bank of Valletta u tal-Bank Ċentrali għall-koperazzjoni tagħhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend