Daqshekk ajruplani A380 | One News

Notifiki

Daqshekk ajruplani A380

L-Airbus – il-kumpanija Ewropea li timmanifattura l-ajruplani – ħabbret li se tieqaf tagħmel l-ajruplani A380 magħrufa bħala superjumbo. Dawn huma l-ikbar ajruplani tal-passiġġieri fid-dinja.

Fi stqarrija, il-kumpanija qalet li l-aħħar ajruplani tat-tip A380 se jsiru fis-sena 2021.

Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li l-linja tal-ajru Emirates – l-ikbar klijent tal-A380s, naqqset l-ordnijiet tagħha minn 162 għal 123.

Is-superjumbos, li ġarrew l-ewwel passiġġieri fl-2007, huma popolari ma’ passiġġieri li jivvjaġġaw fuq titjiriet twal, iżda huma kkumplikati biex jinbnew u jiswew ħafna flus. Xi ħaġa li tagħmilha diffiċli għalihom biex jikkompetu ma’ mudelli t’ajruplani iżgħar u iktar effiċjenti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend