Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jura li f’Awwissu li għadda l-impjiegi full-time żdiedu b’sitta fil-mija waqt li l-impjiegi part-time żdiedu b’1.2 fil-mija meta mqabbel ma’ Awwissu tal-2017.
L-istatistika li hija bbażata fuq tagħrif amministrattiv tal-aġenzija Jobsplus, juru li meta teskludi l-part-timers, f’perjodu ta’ sena s-suq tax-xogħol żdied b’5.6 fil-mija għal total ta’ 209,536 ħaddiem.
L-NSO qal li dan kien riżultat fost l-oħrajn ta’ żieda ta’ 11,816-il ħaddiem full-time u tnaqqis ta’ 702 fl-għadd ta’ persuni jirreġistraw għax-xogħol.
Skont iċ-ċifri, l-għadd ta’ ħaddiema b’impjieg full-time li għandhom xogħol part-time jlaħħaq it-tmienja u għoxrin elf persuna, żieda ta’ 8.5 fil-mija meta mqabbel ma’ Awwissu tal-2017.