Rumena ta’ 28 sena li toqgħod iż-Żurrieq, tressqet il-Qorti akkużata li serqet.
Il-każ seħħ it-Tnejn f’San Ġiljan meta r-Rumena serqet xi flus kontanti mingħand persuna li kienet taħdem magħha.
L-akkużata ammettiet li wettqet ir-reat tant li t-Tlieta rritornat il-flus li serqet lill-vittma u qalet li ddispjaċieha b’dak li għamlet.
Il-Qorti spjegat lill-akkużata li r-reat iġib miegħu piena massima ta’ seba’ snin ħabs, iżda meta qieset il-każ iddeċiedet li l-mara teħel tletin xahar ħabs sospiżi għal erba’ snin.