Tifel ta’ 7 snin minn Michigan fl-Istati Uniti ċempel 911 iżda minflok għal emerġenza ta’ natura problematika, kellu problema bis-somom.
Għalih dik kienet problema urġenti u xtaq minn jgħinu flok talab l-għajnuna lill-ġenituri tiegħu.
Il-pulizija li kellmitu qattgħet 10 minuti tispjegalu u stqarret li għalkemm ma kienx każ polizjesk, xorta waħda ħassitha sodisfatta li tifel ċkejken ta’ dik l-età għamel użu min-numru 911 u għaraf li l-pulizija huma ħbieb ukoll li jistgħu jgħinuk f’każ ta’ bżonn.