Imut Lino Gauci Borda – Tabib u eks Deputat Nazzjonalista | One News

Notifiki

Imut Lino Gauci Borda – Tabib u eks Deputat Nazzjonalista

Lino Gauci Borda, tabib u eks Deputat Nazzjonalista ħalla din id-dinja.

Gauci Borda kien kanditat mal-Partit Nazzjonalista fis-sena 1971, fejn imbagħad serva fil-Parlament Malti mil-1976 sal-1994.

Serva wkoll bħala President tal-Old Motors Club Malta.

Il-funeral tiegħu se jsir nahr is-Sibt li ġej 16 ta’ Frar 2019 fit-8.30 ta’ filgħodu fil-Knisja ta’ Santa Liena f’Birkirkara.

Intant il-Partit Laburista permezz ta’ stqarrija sellem ukoll il-memorja ta’ Lino Gauci Borda, eks deputat tal-Parlament li serva lill-pajjiż f’isem il-Partit Nazzjonalista fejn qal ukoll li barra li Gauci Borda għamel snin twal fil-Parlament, serva wkoll lill-komunità bħala tabib.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend