Il-Bank of Valletta ssospenda l-operazzjonijiet kollha tiegħu, inkluż fil-fergħat li għandu mferrxin madwar Malta u Għawdex wara attentat li sar fuq is-sistemi tiegħu.
Fi stqarrija, il-Bank qal li qiegħed jaħdem mill-qrib mal-pulizija lokali u internazzjonali biex jistabbilixxi min kien wara dan l-attentat.
Il-Bank assigura lill-klijenti tiegħu li l-kontijiet bankarji u flushom fil-bank bl-ebda mod ma ġew mittiefsa. Żied jingħad li l-Bank qiegħed jaħdem qatigħ biex isolvi din il-kwistjoni u jerġa’ jibda jħaddem l-operazzjonijiet tiegħu fl-iqsar ħin possibbli.
Il-BoV talab apoloġija lill-klijenti tiegħu għal kull inkonvenjent li seta’ nħoloq u se jibqa’ jaġġorna lill-konsumaturi tiegħu u lill-pubbliku b’mod ġenerali dwar l-aħħar żviluppi.