ARA: Estiż is-servizz ta’ trasport b’xejn mill-Kunsill Lokali ta’ Bormla lill-anzjani u persuni vulnerabbli – One News

Notifiki

ARA: Estiż is-servizz ta’ trasport b’xejn mill-Kunsill Lokali ta’ Bormla lill-anzjani u persuni vulnerabbli

Ftit aktar minn sena ilu, il-Kunsill Lokali ta’ Bormla kien vara l-inizjattiva ta’ servizz ta’ transport mingħajr ħlas lir-residenti anzjani u persuni b’diżabilità. Dan kien sar b’investiment ta’ €60,000 mill-Ministeru għat-Trasport, Infrasturttura u Proġetti Kapitali filwaqt li l-Kunsill Lokali ħareġ €12,000 oħra biex inxtraw żewġ vetturi elettriċi.

Din l-inizjattiva kien proġett pilota u li kien qed joffri trasport on demand tliet darbiet fil-ġimgħa. Illum, il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis, flimkien mas-Sindku ta’ Bormla Alison Zerafa Civelli nedew l-estensjoni ta’ dan il-proġett. Is-servizz se jibda jingħata mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-07:45am u s-1:00pm.

Is-sena li għaddiet saru madwar 2,800 vjaġġ b’1,400 persuna titlob għas-servizz, filwaqt li d-domanda żdiedet fl-aħħar tliet xhur tas-sena.


Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend