Esperti ewlenin tal-Marketing f’Malta biex jiddiskutu l-midja soċjali – One News

Notifiki

Esperti ewlenin tal-Marketing f’Malta biex jiddiskutu l-midja soċjali

Esperti ewlenin tal-marketing minn Facebook, Hotels.com, SAP, Bacardi, Unilever u Airbus, fost oħrajn, se jkunu Malta fl-1 ta’ Marzu biex jiddiskutu l-aħħar xejriet globali fil-marketing u l-midja soċjali.

Il-futur tal-marketing, marketing personalizzat, il-kontenut, ir-riċerka tal-marketing f’dinja konnessa, u l-lealtà lejn il-brand huma fost l-iktar temi rilevanti u kontemporanji li parteċipanti li se jattendu l-Marketing Kingdom Malta se jkollhom l-opportunità unika li jsiru jafu aktar dwarhom matul dan l-avveniment ta’ ġurnata fil- lukanda InterContinental.

Noha Bashir, it-Team Lead għall-EMEA, Blueprint Training ta’ Facebook, se tiftaħ l-avveniment b’indirizz dwar l-aħjar prattiċi tal-vidjow fuq Facebook u Instagram.

Ania Jakubowski, il-Maniġer Ġenerali preċedenti ta’ Coca-Cola fil-Polonja, se tagħlaq l-avveniment b’tema importanti oħra: l-importanza tal-innovazzjoni u t-tmexxija fil-qasam tal-marketing illum.

Jakubowski qalet: “Jekk ma tesperimentax, mhux se timxi ‘l quddiem. Sabiex issib toroq ġodda, opportunitajiet ġodda għal għada, ikollok bżonn li tesplora mil-lum, u iva, dan ifisser li x’uħud – jekk mhux ħafna – minn dawk l-ideat jistgħu jfallu għall-ewwel meta tipprovahom. Imma b’hekk se tkun qed titgħallem x’jaħdem u x’ma jaħdimx.

rfina l-ideat u esplora iktar. Ikollok bżonn tiddeċiedi x’inhu persentaġġ tajjeb ta’ investiment. Jiena nissuġġerixxi li madwar 10% tal-baġit tiegħek għandu jkun investit (u iva, inqis li din l-esplorazzjoni bħala investiment) f’modi ġodda kif tkompli tkabbar il-brand jew in-negozju tiegħek għal għada, partikolarment minħabba l-pass mgħaġġel fit-teknoloġija, u l-komunikazzjoni f’dinja b’konnettivita’ għolja.”

s-Summit Globali tal-PR u s-Summit Globali tal-HR li saru f’Malta, il-Marketing Kingdom Malta hu ukoll organizzat minn P World, u appoġġjat mill-aġenzija tal-marketing communications f’Malta, BPC, bħala communications partner.

Il-biljetti għall-avveniment huma kważi mibjugħa kollha u jistgħu jinxtraw mill-websajt uffiċjali tal-kumpanija: www.thepworld.com.

Għal aktar tagħrif, tista’ żżur: https://www.thepworld.com/event/marketing-kingdom-malta

Ritratt: Ania Jakubowski li se tindirizza l-Marketing Kingdom Malta fl-1 ta’ Marzu

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend