Anqas minn 50 jum għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE | One News

Notifiki

Anqas minn 50 jum għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE

B’anqas minn 50 jum għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, il-Gvern Ingliż jinsab taħt attakki minn diversi kumpaniji u negozji li bħalissa qed joperaw mir-Renju Unit, li qed jaffaċċjaw inċertezza kbira f’każ ta’ Brexit mingħajr ftehim.

Il-Kamra tal-Kummerċ Ingliża qalet li għad hemm għoxrin kwistjoni maġġuri li għadhom mhux riżolti, fosthom kif iż-żewġ partijiet se jkunu jistgħu imexxu ħaddiema ta’ ċertu setturi minn post għall-ieħor.

Kelliema għall-Gvern Ingliż qalet li bħalissa l-prijorità tiegħu hi li l-Unjoni Ewropea tapprova l-abbozz aġġornat ta’ Brexit, għaliex fi kliemu, l-aħjar mod kif jissalagwardjaw l-ekonomija u l-impjiegi hi li r-Renju Unit ikollu l-appoġġ sħiħ tal-Unjoni Ewropea.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend