ARA: Wara snin miksija b'żebgħa bajda tinkixef il-pittura tal-koppla fil-kappella tal-Mużew tal-Katidral fl-Mdina | One News

Notifiki

ARA: Wara snin miksija b’żebgħa bajda tinkixef il-pittura tal-koppla fil-kappella tal-Mużew tal-Katidral fl-Mdina

Oriġinarjament kienet il-kappella tas-Seminarju għax dak li llum huwa mużew, fl-1733 kien inbena bħala seminarju mill-Isqof Alpheran de Bussan. Kienet il-qalba minn fejn isir il-quddies u l-festi liturġiċi.

Id-dekorazzjoni inkluż l-iskultura, l-għamara u l-pittura huma magħmulin b’tali mod li joħolqu mużew ċkejken. Imma kien hemm xi ħaġa nieqsa; is-saqaf kif qalilna l-Monsinjur Edgar Vella.

“Imma meta tidħol u tħares ‘il fuq tgħid ‘Imma hemm fuq dik il-koppla x’fettlilhom bajduha bajda?”

Monsinjur Vella saħaq li meta mar il-mużew tal-katidral bħala kuratur 25 sena ilu minn dejjem staqsa dwar dan in-nuqqas u kien jistenna li jasal il-waqt li jsir stħarriġ xjentifiku ħalli tinqata’ l-kundanna.

“Saru tests u fil-parti li ċċekkjajna ħarġet dekorazzjoni arkitettonika u naturalment għidna ‘mela ħa nippruvaw nidħlu għal din il-biċċa xogħol, ħa nirrestawrawha u naraw x’joħroġ.”

Monsijur Vella jgħid li minħabba li din tbajdet u ntuża wkoll kulur ċelesti li kien iebes għax saret mal-mitt sena ilu, ma kinitx biċċa xoghol faċli. L-azzjoni saret fi żmien li l-mużew kien jintuza mill-Ingliżi tant li għamlu anke ‘fire places.’ B’hekk ħadd qabel ma kien jaf x’seta’ kien hemm taħt din iż-żebgħa.

Iżda s-sorpriża kienet qed tistenna lir-restawratiċi Amy Sciberras.

“Meta beda r-restawr, beda ħiereġ dekorazzjoni ‘full scale’ trompe l’oeil’ jiġifieri illużjoni ottika bħalma huwa x-xenarju tat-teatru b’motivi arkitettoniċi li jgħalqu l-koppla u li issa b’dan ir-restawr li se ninawguraw illejla, il-kappella tal-Katidral hija magħluqa u magħquda kollha f’ġojjel ħa ngħidu hekk, ġojjel arkitettoniku, dekorattiv u artistiku u storiku naturalment ta’ spazji mill-iżjed ħelwin li għandna fi gżiritna.”

Il-Monsijur spjega wkoll li għaddejjin ukoll proġetti ta’ restawr u tisbieħ fuq żewġ sulari fejn hemm is-Sala Nobile ta’ faċċata tal-kappella li se tinfetaħ dalwaqt u li fiha qed tinġabar għamara antika interzjata ta’ żmien il-kavallieri. Dan kollu qed isir biex meta l-pubbliku jżur il-mużew, ikun jsta’ jagħmel mixja kronoloġika li tibda mis-seklu 15 u tibqa’ sejra sas-seklu 19.

Monsinju Vella spjegw koll li l-mużew se jkun avventura għat-tfal li għandhom il-kundizzjoni tal-awtiżmu.

“Il-Mużew huwa spazju ħaj, tant hu hekk li issa l-mużew beda proġett biex il-mużew tagħna ser ikun l-ewwel ‘authistic friendly museum’ f’Malta. Barra minn hekk ser ikun ukoll mużew li se jkun qed jipprovdi kostumi għat-tfal biex meta jiġu mal-parents jagħżlu kostumi u jilbsuh u joqogħdu jiġru hawn u joqogħdu jieħdu r-ritratti biex tagħmilulhom iżjed kulurit.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend