Nirien jaħkmu lukanda f’New Delhi fl-Indja – One News

Notifiki

Nirien jaħkmu lukanda f’New Delhi fl-Indja

Minn tal-inqas 17-il persuna tilfu ħajjithom u erbgħa oħra ndarbu f’nar f’lukanda f’New Delhi, l-Indja.

Intqal li bosta mill-imwiet fl-Arpit Palace Hotel seħħew minħabba d-dħaħen li belgħu, filwaqt li mara mill-Myanmar tilfet ħajjitha wara li qabżet mill-għoli biex tipprova taħrab in-nirien.

Jidher li l-lukanda kellha permess għal erba’ sulari, iżda fil-verità kellha sitt sulari, inkluż sotterran u kċina fuq il-bejt.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend