Mixli bi vjolenza domestika | One News

Notifiki

Mixli bi vjolenza domestika

Żagħżugħ ta’ 20 sena minn Ħal Qormi ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li allegatament ġie mixli li ġibed lis-sieħba tiegħu minn xagħra.

Il-każ seħħ it-tnejn li għadda wara li ż-żagħżugħ hedded u nġurja lil sieħba tiegħu.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Aaron Bugeja laqgħat it-talba għal-liberta proviżorja bil-patt u l-kundizzjoni li l-akkużat ma jersaqx jew jagħmel kuntatt mat-tfajla tiegħu jew ma qrabatha.

Il-Qorti ordnatlu wkoll biex ma jersaqx lejn is-Siġġiewi u li għandu jiffirma fl-għassa ta’ kuljum. Huwa ngħata l-libertà proviżorja b’depożitu ta’ elf ewro u garanzija personali ta’ erbat elef ewro.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend